Petizzjoni 0061/2018, imressqa minn Constance Mbassi Manga, ta' ċittadinanza Franċiża, dwar it-talba biex jitwaqqaf it-trattament u t-tjassir inuman tar-rifuġjati u tal-migranti fil-Libja  
Dettalji tal-petizzjoni  

0061/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0061/2018, imressqa minn Constance Mbassi Manga, ta' ċittadinanza Franċiża, dwar it-talba biex jitwaqqaf it-trattament u t-tjassir inuman tar-rifuġjati u tal-migranti fil-Libja

Numru tal-petizzjoni: 0061/2018

Suġġetti: Immigrazzjoni,  Asil,  Drittijiet fundamentali,  Ġustizzja

Pajjiż: Unjoni Ewropea,  il-Libja

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Constance Mbassi Manga

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonanta tirreferi għal vidjow maħruġ mis-CNN li juri Afrikani ta' karnaġġjon skur jinbigħu bħala skjavi fil-Libja, u li juri l-kundizzjonijiet inumani tad-detenzjoni tagħhom mill-awtoritajiet Libjani. Il-petizzjonanta għandha dubji dwar ir-rwol ta' assistenza tal-UE lill-awtoritajiet Libjani, kif ukoll il-politika tal-UE ta' esternalizzazzjoni ta' kontroll tal-migrazzjoni lil xi pajjiżi ta' tranżitu (bħan-Niġer jew il-Libja). Hija qiegħda titlob lill-Parlament Ewropew biex iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani jieħdu azzjoni immedjata sabiex jintemmu dawn ir-reati kontra l-umanità.



Related information