Petizzjoni 0077/2019, imressqa minn V.B., ta' ċittadinanza Slovena, f'isem "Alpe Adria Green", dwar problemi kkawżati minn tniġġis minn impjant tal-azzar fil-provinċja ta' Trieste (l-Italja)  
Dettalji tal-petizzjoni  

0077/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0077/2019, imressqa minn V.B., ta' ċittadinanza Slovena, f'isem "Alpe Adria Green", dwar problemi kkawżati minn tniġġis minn impjant tal-azzar fil-provinċja ta' Trieste (l-Italja)

Numru tal-petizzjoni: 0077/2019

Suġġetti: Saħħa,  Ambjent – skart,  Ambjent – tniġġis

Pajjiż: l-Italja,  Unjoni Ewropea,  is-Slovenja

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: E. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant jesprimi tħassib dwar il-periklu serju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikkawżat minn tniġġis minn impjant tal-azzar f'Servola, fil-provinċja ta' Trieste, fejn il-limiti superjuri tal-benżen, il-PM 10 u l-PAH apparentement ġew maqbuża. Huwa jindika wkoll li skart perikoluż mormi fil-viċinanzi qed jikkawża tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma ta' taħt l-art u tal-baħar. Huwa jenfasizza li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni hija essenzjali fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali fl-Ewropa. Fl-aħħar nett, huwa jitlob il-ftuħ ta' proċedimenti kontra l-Italja għal ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE.