Petizzjoni 0134/2020, imressqa minn K.K., ta' ċittadinanza Pollakka, dwar l-allegat nuqqas ta' konsultazzjoni pubblika u l-impatt ambjentali fir-rigward tal-kostruzzjoni ta' ajruport ġdid mill-gvern Pollakk  
Dettalji tal-petizzjoni  

0134/2020

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0134/2020, imressqa minn K.K., ta' ċittadinanza Pollakka, dwar l-allegat nuqqas ta' konsultazzjoni pubblika u l-impatt ambjentali fir-rigward tal-kostruzzjoni ta' ajruport ġdid mill-gvern Pollakk

Numru tal-petizzjoni: 0134/2020

Suġġetti: Ambjent,  Ambjent – ħarsien u konservazzjoni,  Saħħa,  Drittijiet fundamentali,  Ambjent – tniġġis

Pajjiż: il-Polonja

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: K. K.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant jallega li l-gvern Pollakk adotta liġi speċjali li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jibnu ajruport ta' 100 miljun passiġġier fin-Nofsinhar ta' Varsavja mingħajr ebda konsultazzjoni pubblika jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Il-petizzjonant jgħid li l-pjan biex jinbena l-ajruport jikser il-Konvenzjoni ta' Aarhus, il-Konvenzjoni dwar il-Pajsaġġ u d-Direttiva dwar l-Istorbju. Huwa jgħid li l-awtoritajiet qed iżommu l-post eżatt u l-pjanijiet sigriet mill-komunitajiet lokali. Jargumenta li l-espansjoni tal-ajruporti eżistenti f'Varsavja, Modlin u Radom hija alternattiva valida għall-ajruport il-ġdid.