Petizzjoni 0179/2019, imressqa minn D.W., ta' ċittadinanza Ġermaniża, u kofirmatarju wieħed, f'isem l-Inizjattiva Thueringer Bahn, dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' falliment ta' linja tal-ajru  
Dettalji tal-petizzjoni  

0179/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0179/2019, imressqa minn D.W., ta' ċittadinanza Ġermaniża, u kofirmatarju wieħed, f'isem l-Inizjattiva Thueringer Bahn, dwar id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' falliment ta' linja tal-ajru

Numru tal-petizzjoni: 0179/2019

Suġġetti: Trasport

Pajjiż: Unjoni Ewropea

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: E. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant qiegħed jitlob bidla fil-leġiżlazzjoni tal-UE bil-għan li jiġi żgurat rispett ugwali għad-drittijiet tal-passiġġieri, irrispettivament minn jekk ikunux xtraw pakkett ta' vaganza jew jekk ir-riservazzjoni tat-titjira tkunx saret direttament mal-linja tal-ajru. Huwa jappella wkoll sabiex il-passiġġieri jirċievu allert dwar kwalunkwe riskju imminenti ta' falliment tal-linja tal-ajru u, f'tali każ, jiġu informati bid-data li fiha s-servizzi jkunu ser jintemmu. B'dan il-mod, il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jinżammu responsabbli mill-passiġġieri għal kwalunkwe telf jew inkonvenjenza li jirriżultaw mill-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet.