Petizzjoni 0212/2019, imressqa minn José Carvalho, ta' ċittadinanza Portugiża, dwar ir-rikonoxximent mill-Portugall ta' ċertifikati internazzjonali għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni maħruġin fin-Netherlands  
Dettalji tal-petizzjoni  

0212/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0212/2019, imressqa minn José Carvalho, ta' ċittadinanza Portugiża, dwar ir-rikonoxximent mill-Portugall ta' ċertifikati internazzjonali għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni maħruġin fin-Netherlands

Numru tal-petizzjoni: 0212/2019

Suġġetti: Sajd u affarijiet marittimi,  Trasport

Pajjiż: il-Portugall

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: José Carvalho

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant jgħid li opri tal-baħar għar-rikreazzjoni rreġistrati fin-Netherlands huma mċaħħda li jidħlu fl-ibħra kostali u interni Portugiżi bi ksur tal-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-UE. Huwa jargumenta li ċ-Ċertifikati Internazzjonali għall-Opri tal-Baħar għar-Rikreazzjoni, maħruġa mill-awtoritajiet Olandiżi abbażi tar-Riżoluzzjoni Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU, għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet Portugiżi bħala dokumenti validi, għalkemm mhumiex fir-realtà reġistrazzjonijiet tal-bandiera.