Petizzjoni 0226/2019, imressqa minn S. L. K., ta' ċittadinanza Bulgara, f'isem l-S.K.L. Trans, dwar il-kontrolli ta' mistrieħ imwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi fuq it-trasportaturi Buglari  
Dettalji tal-petizzjoni  

0226/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0226/2019, imressqa minn S. L. K., ta' ċittadinanza Bulgara, f'isem l-S.K.L. Trans, dwar il-kontrolli ta' mistrieħ imwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi fuq it-trasportaturi Buglari

Numru tal-petizzjoni: 0226/2019

Suġġetti: Suq intern – moviment liberu ta' prodotti u servizzi

Pajjiż: il-Bulgarija,  Unjoni Ewropea

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: E. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant, li jirrappreżenta kumpanija tat-trasport Bulgara, jilmenta dwar il-kontrolli minn xi awtoritajiet nazzjonali Franċiżi ta' kontijiet tal-lukandi tas-sewwieqa tat-trakkijiet, u dwar il-ħruġ ta' multi finanzjarji kbar talli ma pprovdewx il-kontijiet. Il-petizzjonant jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kontrolli twettqu b'mod massiv fuq ix-xufiera tat-trakkijiet tal-Lvant u Ċentrali tal-Ewropa u li s-sewwieqa ma jistgħux jinżammu responsabbli li ma jżommux il-kontijiet tal-lukandi ta' qabel kollha. F'ħafna każijiet, is-sewwieqa jużaw mezzi differenti ta' mistrieħ (Airbnb jew post ta' ħabib) u għalhekk ma jistgħux jipprovdu fatturi. Fl-opinjoni tal-petizzjonant, il-prattiki ta' kontroll u penali huma diskriminatorji, jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni u jiksru d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE tal-libertà li jaħdmu u li jipprovdu servizzi madwar l-UE.



Related information