Petizzjoni 0261/2019, imressqa minn R. R., ta' ċittadinanza Brittanika, dwar il-protezzjoni tar-rikonoxximent tad-drittijiet taċ-ċittadini Brittaniċi għaċ-ċittadinanza tal-UE wara l-Brexit  
Dettalji tal-petizzjoni  

0261/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0261/2019, imressqa minn R. R., ta' ċittadinanza Brittanika, dwar il-protezzjoni tar-rikonoxximent tad-drittijiet taċ-ċittadini Brittaniċi għaċ-ċittadinanza tal-UE wara l-Brexit

Numru tal-petizzjoni: 0261/2019

Suġġetti: Drittijiet fundamentali

Pajjiż: ir-Renju Unit

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: R. R.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonanta titlob lill-Parlament Ewropew jagħmel dak kollu possibbli biex iħares id-drittijiet u l-interessi ta' dawk iċ-ċittadini Brittaniċi li jixtiequ jżommu ċ-ċittadinanza tal-UE. Hija tindika li aktar minn ħames miljun ċittadin Brittaniku ffirmaw il-petizzjoni li titlob lir-Renju Unit jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu li jitlaq mill-UE, kif innotifikat skont l-Artikolu 50 tat-Trattat tal-UE, u permezz ta' hekk dawk il-persuni esprimew ix-xewqa tagħhom li jżommu ċ-ċittadinanza tal-UE.