Petizzjoni 0262/2018, imressqa minn Lutz Rittmeier, ta' ċittadinanza Ġermaniża, dwar ilment kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal nuqqas ta' konformità mad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (id-Direttiva 2002/49/KE)  
Dettalji tal-petizzjoni  

0262/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0262/2018, imressqa minn Lutz Rittmeier, ta' ċittadinanza Ġermaniża, dwar ilment kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal nuqqas ta' konformità mad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali (id-Direttiva 2002/49/KE)

Numru tal-petizzjoni: 0262/2018

Suġġetti: Ambjent

Pajjiż: il-Ġermanja

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Lutz Rittmeier

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjoni tikkonċerna lmenti ta' nuqqas ta' konformità mill-belt ta' Eckernfoerde mad-Direttiva 2002/49/KE dwar il-Ħsejjes Ambjentali u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2003/4/KE dwar Aċċess Pubbliku għal Informazzjoni Ambjentali, kif ukoll ksur tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Il-petizzjonant jagħti dettalji tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi li huwa jsostni li nkisru, inkluż b'mod partikolari dawk relatati mar-reviżjoni perjodika obbligatorja tal-pjanijiet ta' azzjoni tal-ħsejjes ambjentali, konsultazzjoni pubblika u drittijiet tal-parteċipazzjoni relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet, u aċċess għall-informazzjoni. Il-petizzjonant isostni li ċertu ksur imur lura għall-2007, u li għal diversi drabi, l-awtoritajiet pubbliċi ċaħdu l-ammissibilità tal-ilmenti dwar il-proċedura u d-dewmien li jirriżulta.



Related information