Petizzjoni 0266/2020, imressqa minn Galina Petrova, ta' ċittadinanza Bulgara, dwar is-sikurezza fit-toroq fil-Bulgarija  
Dettalji tal-petizzjoni  

0266/2020

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0266/2020, imressqa minn Galina Petrova, ta' ċittadinanza Bulgara, dwar is-sikurezza fit-toroq fil-Bulgarija

Numru tal-petizzjoni: 0266/2020

Suġġetti: Sigurtà,  Drittijiet fundamentali,  Trasport

Pajjiż: il-Bulgarija

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Галина Петрова

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonanta hija vittma indiretta ta' inċident tat-traffiku (hija tilfet membri tal-familja tagħha f'inċident tat-traffiku). Hija tilmenta dwar id-dgħufijiet tas-sistema Bulgara għall-prevenzjoni, il-kontroll u r-responsabbiltà kriminali għall-awturi tad-delitti tat-traffiku. Hija tissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' miżuri varji sabiex tittejjeb din is-sitwazzjoni bħal kameras tal-veloċità tat-triq aktar operattivi, penali speċifiċi għat-trasgressuri sistemiċi, kameras obbligatorji ġewwa l-karozzi, taħriġ dwar is-sikurezza matul l-ewwel 5 snin ta' sewqan u kontrolli tas-saħħa regolari tas-sewwieqa li għandhom aktar minn 50 sena. Il-petizzjonanta hija favur il-ħolqien ta' pjattaforma uffiċjali online għall-informaturi fejn iċ-ċittadin ikun jista' jissottometti provi ta' ksur, u jkun protett mit-trasgressuri.