Petizzjoni 0286/2019, imressqa minn Bert Vanhelmont, ta' ċittadinanza Belġjana, dwar kumpens għal korriment fiżiku  
Dettalji tal-petizzjoni  

0286/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0286/2019, imressqa minn Bert Vanhelmont, ta' ċittadinanza Belġjana, dwar kumpens għal korriment fiżiku

Numru tal-petizzjoni: 0286/2019

Suġġetti: Affarijiet soċjali

Pajjiż: il-Belġju

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Bert Vanhelmont

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant joġġezzjona għat-tabella indikattiva li sservi bħala bażi għad-determinazzjoni tal-gradi ta' korriment fiżiku fil-Belġju, inkluż f'każijiet quddiem qorti. Skont il-petizzjonant, l-iskali ta' kumpens speċifikati fit-tabella indikattiva huma 65 % għan-nisa u 35 % għall-irġiel, u dan, jekk wieħed jassumi li l-grad ta' korriment u diżabbiltà huwa l-istess, għandu l-effett li jiddiskrimina kontra l-irġiel fir-rigward tan-nisa. Hu avviċina l-Ministeru tal-Ġustizzja Federali Belġjan f'dak ir-rigward, iżda s'issa ma rċieva l-ebda risposta. Huwa qed jitlob li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex titneħħa din il-forma ta' diskriminazzjoni speċifika għas-sessi mit-tabella indikattiva.