Petizzjoni Nru 0370/2019, imressqa minn Lucas Estagnasié, ta' ċittadinanza Franċiża, li fiha joġġezzjona għall-prattika agrikola tal-ħruq tal-qasbija (écobuage)  
Dettalji tal-petizzjoni  

0370/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni Nru 0370/2019, imressqa minn Lucas Estagnasié, ta' ċittadinanza Franċiża, li fiha joġġezzjona għall-prattika agrikola tal-ħruq tal-qasbija (écobuage)

Numru tal-petizzjoni: 0370/2019

Suġġetti: Ambjent,  Agrikoltura

Pajjiż: Unjoni Ewropea

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Lucas Estagnasié

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant qed jitlob li tiġi ristretta jew ipprojbita l-prattika tal-biedja (mifruxa fl-inħawi muntanjużi bħal Korsika u l-Pirenej tal-Atlantiku) li jinħarqu l-qasbija u residwi oħra tal-pjanti sabiex tiġi fertilizzata l-art. Huwa jenfasizza wkoll l-impatt fuq it-tniġġis tal-arja u fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, kif ukoll li dan ipoġġi l-ħajja ta' dawk li jimxu fil-kampanja fil-periklu.