Petizzjoni 0412/2018, imressqa minn I.B., ta' ċittadinanza Ġermaniża, dwar it-trasport tal-annimali u l-kummerċ tal-annimali fl-UE  
Dettalji tal-petizzjoni  

0412/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0412/2018, imressqa minn I.B., ta' ċittadinanza Ġermaniża, dwar it-trasport tal-annimali u l-kummerċ tal-annimali fl-UE

Numru tal-petizzjoni: 0412/2018

Suġġetti: Benessri tal-annimali

Pajjiż: Unjoni Ewropea

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: E. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjoni tirreferi għal rapporti fil-midja Ġermaniża ta' prattiki abbużivi fl-industriji tal-kummerċ u tat-trasport tal-annimali fl-UE. Il-petizzjoni tipprovdi dettalji ta' dawn il-prattiki, inklużi vjaġġi fuq il-baħar u ta' trasport bit-triq ta' tul eċċessiv, li jirriżultaw fi tbatija estrema għall-annimali. Il-petizzjoni telenka sett ta' miżuri u ideat dwar kif għandhom jitjiebu l-kummerċ u t-trasport tal-annimali fl-UE sabiex isiru aktar umani u konxji tas-saħħa u s-sigurtà tal-annimali.

Related information