Petizzjoni 0465/2019, imressqa minn T.R., ta' ċittadinanza Brittanika, dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 20(2)(b) tat-TFUE mir-Renju Unit  
Dettalji tal-petizzjoni  

0465/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0465/2019, imressqa minn T.R., ta' ċittadinanza Brittanika, dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 20(2)(b) tat-TFUE mir-Renju Unit

Numru tal-petizzjoni: 0465/2019

Suġġetti: Istituzzjonijiet

Pajjiż: ir-Renju Unit

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: T. R.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant jilmenta li, sabiex wieħed ikun jista' jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej fit-23 ta' Mejju 2019, iċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri kellhom jimlew formola ta' reġistrazzjoni speċjali – "European Parliament voter registration form" ("Formola ta' reġistrazzjoni tal-votanti tal-Parlament Ewropew") – anke jekk kienu diġà inklużi fir-reġistru elettorali. Fil-fehma tal-petizzjonant, dan kien diskriminatorju għaċ-ċittadini tal-UE li mhumiex ċittadini tar-Renju Unit li effettivament kienu meħtieġa jirreġistraw darbtejn. It-tieni nett, huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-ċittadini li għandhom ċittadinanza doppja (dik tar-Renju Unit flimkien ma' dik tar-Repubblika tal-Irlanda, Malta u Ċipru) ma kinux obbligati li jimlew formola bħal din.