Petizzjoni 0544/2019, imressqa minn J.G., ta' ċittadinanza Spanjola, f'isem Plataforma Aire Limpio en la Hoya de Buñol dwar il-kwalità tal-arja fil-muniċipalità ta' La Hoya de Buñol-Chiva, il-Komunità ta' Valencia, Spanja  
Dettalji tal-petizzjoni  

0544/2019

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0544/2019, imressqa minn J.G., ta' ċittadinanza Spanjola, f'isem Plataforma Aire Limpio en la Hoya de Buñol dwar il-kwalità tal-arja fil-muniċipalità ta' La Hoya de Buñol-Chiva, il-Komunità ta' Valencia, Spanja

Numru tal-petizzjoni: 0544/2019

Suġġetti: Ambjent – tniġġis

Pajjiż: Spanja

Isem l-assoċjazzjoni: Plataforma Aire Limpio en la Hoya de Buñol

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: J. G.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant jiddikjara li fabbrika tas-siment, li hija proprjetà ta' kumpanija multinazzjonali Messikana fil-muniċipalità ta' La Hoya de Buñol-Chiva, fil-Komunità ta' Valencia, ilha tipproduċi siment għal 100 sena. Madankollu, f'dawn l-aħħar żewġ deċennji kienet qed taħraq tipi differenti ta' skart urban u industrijali (sustanzi kimiċi tossiċi perikolużi) bħala karburant biex tipproduċi s-siment, u b'hekk iffrankat il-flus li kieku kienu jintefqu fuq fjuwils konvenzjonali. Dawn il-proċessi estremament tossiċi huma deskritti bħala "rkupru ta' skart". Minbarra l-ħsara ambjentali, il-petizzjonant jemmen li dan it-tip ta' attività huwa ta' periklu ċar għas-saħħa pubblika, li jikkawża żieda esponenzjali fil-mard tal-pulmun, mard relatat mal-kanċer, mard endokrinali, mard tal-ġilda kif ukoll allerġiji fiż-żoni affettwati mill-gassijiet li joħorġu mill-proċess ta' inċinerazzjoni tal-iskart.