Petizzjoni 0777/2018, imressqa minn León Fernando del Canto González, ta' ċittadinanza Spanjola, f'isem Agencia Comunicación y Género S.L., dwar il-ħtieġa li jittieħdu miżuri kontra l-bullying, it-theddid jew il-malafama tal-utenti ta' portali u pjattaformi diġitali  
Dettalji tal-petizzjoni  

0777/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 0777/2018, imressqa minn León Fernando del Canto González, ta' ċittadinanza Spanjola, f'isem Agencia Comunicación y Género S.L., dwar il-ħtieġa li jittieħdu miżuri kontra l-bullying, it-theddid jew il-malafama tal-utenti ta' portali u pjattaformi diġitali

Numru tal-petizzjoni: 0777/2018

Suġġetti: Opportunitajiet indaqs u ugwaljanza bejn is-sessi,  Sigurtà,  Ġustizzja,  Soċjetà tal-informazzjoni u Midja,  Riċerka u innovazzjoni,  Drittijiet tal-konsumatur,  Drittijiet fundamentali,  Industrija u imprenditorija,  Affarijiet kostituzzjonali

Pajjiż: Unjoni Ewropea,  Spanja,  ir-Renju Unit

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: Leon Fernando Del Canto Gonzalez

Sommarju tal-petizzjoni  

F'ittra ddettaljata ħafna, il-petizzjonant jilmenta dwar żieda inkwetanti fl-għadd ta' sitwazzjonijiet fejn l-utenti tan-netwerks soċjali, speċjalment in-nisa u t-tfal, qed isofru minn theddid, bullying u malafama. Il-petizzjonant jirrimarka li l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ma joffrux risponsi effettivi għal dawn is-sitwazzjonijiet, u li l-portali u l-pjattaformi diġitali ma jaġixxux b'diliġenza dovuta fil-ġestjoni ta' kontenut allegatament kriminali. Il-petizzjonant jilmenta wkoll dwar il-ksur, mill-kumpaniji li jiġġestixxu n-netwerks tal-midja soċjali, tal-qafas regolatorju relatat mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet fuq l-internet, u r-regolamenti speċifiċi fir-rigward tal-konsumaturi fi ħdan l-UE. Huwa jirrapporta wkoll il-proliferazzjoni ta' profili anonomi b'ton ta' bullying u n-nuqqas ta' protokolli u proċeduri effettivi u aċċessibbli għall-utenti biex itemmu tali attakki. In-netwerks soċjali ma jwettqux monitoraġġ biex jiddefendu lill-utenti u m'għandhomx mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tal-konflitti. Il-petizzjonant jitlob lill-Parlament Ewropew jieħu pożizzjoni ċara dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, jekk meħtieġ, dwar l-iżvilupp ta' miżuri leġiżlattivi biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni. Huwa jissuġġerixxi wkoll li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma korrispondenti fi ħdan il-Parlament Ewropew.