Petizzjoni 1064/2018, imressqa minn U.P., ta' ċittadinanza Ġermaniża, li tinkludi tliet firem oħra, dwar it-trasport u t-tbiċċir ta' bhejjem tal-UE f'pajjiżi terzi  
Dettalji tal-petizzjoni  

1064/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 1064/2018, imressqa minn U.P., ta' ċittadinanza Ġermaniża, li tinkludi tliet firem oħra, dwar it-trasport u t-tbiċċir ta' bhejjem tal-UE f'pajjiżi terzi

Numru tal-petizzjoni: 1064/2018

Suġġetti: Benessri tal-annimali

Pajjiż: Unjoni Ewropea

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: U. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjoni tiddenunzja s-sitwazzjoni attwali tat-trasport ta' annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi kif ukoll il-prattiki ta' tbiċċir f'pajjiżi terzi. Il-petizzjonant jirreferi għad-dokumentarju bl-isem "37 Degrees – Classified: Animal Transport", imxandar mill-korporazzjoni ZDF. Il-firmatarji tal-petizzjoni joġġezzjonaw għall-fatt li filwaqt li tqajmet ħafna diskussjoni soċjetali dwar dawn il-kwistjonijiet, ma ttieħdet ebda azzjoni biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-annimali skont ir-regoli u r-regolamenti tal-UE. B'mod partikolari, il-petizzjonanti jirreferu għall-allegazzjonijiet li saru fid-dokumentarju li ħafna pajjiżi Iżlamiċi, bħat-Turkija u dawk fil-Lvant Nofsani, ma josservawx salvagwardji xierqa filwaqt li jissoġġettaw lill-annimali għal tbiċċir ċertifikat Halal. Il-petizzjonanti jitolbu azzjoni leġiżlattiva urġenti dwar is-suġġett, u għal projbizzjoni fuq it-trasport tal-bhejjem tal-UE lejn pajjiżi li ma jirrispettawx l-istandards tal-UE tal-benesseri tal-annimali.