Petizzjoni 1124/2018, imressqa minn D. S., ta' ċittadinanza Pollakka, b'żewġ firem, dwar il-benessri tan-naħal tal-għasel  
Dettalji tal-petizzjoni  

1124/2018

Titlu tas-sommarju: Petizzjoni 1124/2018, imressqa minn D. S., ta' ċittadinanza Pollakka, b'żewġ firem, dwar il-benessri tan-naħal tal-għasel

Numru tal-petizzjoni: 1124/2018

Suġġetti: Agrikoltura,  Benessri tal-annimali

Pajjiż: il-Polonja

Dettalji tal-petizzjonant  

Isem: E. P.

Sommarju tal-petizzjoni  

Il-petizzjonant huwa bidwi li jmexxi miġbħa organika flimkien mal-mara tiegħu. Fix-xogħol tiegħu ta' kuljum, iltaqa' ma' ħafna diffikultajiet minħabba n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet legali fil-Politika Agrikola Komuni dwar il-ħtieġa għall-preservazzjoni tal-benessri tan-naħal tal-għasel u għall-protezzjoni tal-imġiebaħ. Skont il-petizzjonant, it-theddid għan-naħal tal-għasel ma jinkludix biss il-kimiċizzazzjoni tal-agrikoltura, iżda anke n-nuqqas ta' attenzjoni għall-benessri tagħhom. Wara kollox, in-naħal jiġu mrobbija mill-bnedmin u tal-anqas għandhom jingħataw razzjonijiet tal-ikel. In-nuqqas ta' attenzjoni għall-benessri tagħhom jikkawża ħafna mill-patoloġiji u t-theddid deskritti fil-petizzjoni. Hemm ukoll leġiżlazzjoni proposta sabiex jiġu protetti l-imġiebaħ, tiġi ppreservata l-bijodiversità u tiġi żgurata l-benessri tan-naħal tal-għasel.